Skip to main content
The Green Track
Il-klima

L-appoġġ għall-isforzi biex intaffu u nadattaw għall-klima li qed tinbidel tagħna

Il-kampanja #TheGreenTrack qed tinvolvi liż-żgħażagħ Ewropej fil-ġlieda għall-bini ta’ futur aktar sostenibbli. Hija tindirizza suġġetti ewlenin, inkluż it-tibdil fil-klima.

X’inhi l-isfida?

It-tibdil fil-klima huwa waħda mill-akbar sfidi li qed tiffaċċja l-pjaneta. Minħabba l-attività tal-bniedem, it-temperaturi globali qed jiżdiedu, in-nixfa u n-nirien mhux ikkontrollati qed iseħħu aktar ta’ spiss, ix-xejriet tax-xita qed jinbidlu, il-glaċieri u s-silġ qed jinħallu u l-livell globali tal-baħar qed jiżdied.

It-telf tal-bijodiversità u l-kriżi klimatika huma konnessi mill-qrib u jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku. Il-protezzjoni tal-bijodiversità u r-restawr tal-ekosistemi huma mezz eċċellenti biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tibdil fil-klima. Min-naħa l-oħra, il-qerda tan-natura tħaffef it-tisħin globali, b’ekosistemi danneġġjati li jirrilaxxaw il-karbonju minflok ma jaħżnuh.

It-tnaqqis bin-nofs tal-emissjonijiet ikkawżati mill-attivitajiet tal-bniedem u t-treġġigħ lura tat-telf tan-natura f’dan id-deċennju huma essenzjali. Mingħajr dan, ma nistgħux nillimitaw it-tisħin globali għal 1.5°C.

X’inhi r-reazzjoni tal-UE?

Sabiex jintlaħaq l-għan ta’ 1.5°C, l-Unjoni Ewropea stabbiliet għaliha nnifisha l-mira li ssir newtrali għall-klima sal-2050 u li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha b’55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni, l-emissjonijiet iridu jitnaqqsu fis-setturi kollha tal-ekonomija - mill-industrija u l-enerġija, sat-trasport u l-biedja. F’Lulju 2021, l-UE ppreżentat pjan dettaljat għall-ekonomija Ewropea kollha biex jintlaħqu dawn il-miri, inklużi proposti biex jiġu riveduti l-liġijiet Ewropej ewlenin dwar il-klima, l-enerġija, l-użu tal-art, it-trasport u t-tassazzjoni biex jinkiseb it-tnaqqis addizzjonali fl-emissjonijiet għall-2030.

It-tibdil fil-klima huwa theddida globali u jista’ jiġi indirizzat biss permezz ta’ rispons globali. L-UE timpenja ruħha u tappoġġa b’mod attiv lis-sħab internazzjonali tagħha dwar l-azzjoni klimatika, inkluż b’data ta’ kwalità kkontrollata mis-Servizz dwar it-Tibdil fil-Klima ta’ Copernicus (C3S).

B’mod parallel mat-tnaqqis tal-emissjonijiet, l-UE qed tieħu azzjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, biex tiffaċċja l-impatti inevitabbli tat-tibdil fil-klima.

Inti tista’ ssegwi l-progress tal-azzjoni klimatika tal-UE hawnhekk.

Il-liġijiet u l-istrateġiji ewlenin tal-UE biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima huma:

Il-Patt Klimatiku Ewropew

inizjattiva tal-UE li tistieden lill-komunitajiet u lill-organizzazzjonijiet jipparteċipaw fl-azzjoni klimatika

Dawn l-istrateġiji huma appoġġati minn inizjattivi oħra speċifiċi għas-settur, inklużi:

Ara kif l-UE qed tiġġieled it-tibdil fil-klima

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen titkellem dwar il-pjan tal-Ewropa li ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-karbonju

 

Involvi ruħek

Kun ċert li ssegwi l-avvenimenti tal-kampanja, tinvolvi ruħek fil-kampanja #TheGreenTrack online u tissieħeb fil-Waqfiet Ekoloġiċi li jmiss.

Iċċekkja t-taħdita li għaddejja bħalissa